News

December 21, 2017
P. Cherubin Galea OFM, R.I.P.

P. Cherubin Galea OFM, imwieled ġewwa Għajnsielem, Għawdex minn Saviour Galea u Michelina Spiteri nhar is-6 ta’ Jannar, 1932, ingħata l-isem ta’ Ramiro.

Libes il-libsa Franġsikana u beda’ n-Novizzjat fl-24 ta’ Settembru, 1950 u għamel il-Professjoni Temporanja nhar it-30 ta’ Settembru 1951 u dik Solenni fl-14 ta’ Novembru 1954.

Ġie ordnat Saċerdot fit-2 ta’ April, 1960. Għal bosta snin qedgħa b’ħafna umilta’ u sempliċita’ is-servizz ta’ Sagristan Maggur fil-knejjes tagħna ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ l-Belt, Valletta u ta’ San Franġisk il-Ħamrun. Kien Franġiskan saċerdot maħbub u konfessur imfittex. Għex l-aħħar snin ta’ ħajtu ġewwa Domus Pacis Franciscan Retirement Friay ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq fejn ingħaqad mal-Mulej għal dejjem nhar l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru 2017, ikkonfortat mis-Sagramenti imqaddsa, fil-għomor ta’ 85 sena.

Il-Funeral se jsir is-Sibt 23 ta’ Diċembru, fit-8.30am jitlaq mill-iSptar Mater Dei għall-Kunvent San Franġisk il-Ħamrun. Joħroġ mill-Kunvent fid-9.15am għall-Knisja fejn tibda quddiesa fid-9.30am.