News

January 10, 2018
Iċċelebrata l-Festa tal-Epifanija għand il-Klarissi

Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan, nhar l-Ġimgħa 5 ta’ Jannar. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Vigarju Provinċjali P. Marcellino Micallef, OFM fil-prezenza ta’ diversi patrijiet.

Fl-omelija tiegħu huwa tkellem l-importanza li nimxu fid-dawl, għax id-dawl iġib il-ferħ u l-ebda dlam ma jitfi d-dawl tax-xemgħa, u għalhekk importanti li fil-ħajja nimxu fid-dawl.  Huwa kkwota li Sant’Ambroġ meta jitkellem fuq d-dawl: “tabiħaq bħal qamar tiddi l-Knisja, tiddi mhux bid-dawl tagħha imma bid-dawl ta’ Kristu, mhux iżjed jien li ngħix, imma Kristu jgħix fiha”.  Kristu hu l-veru dawl u mhux s-soċjeta’, għax is-soċjeta’ ma twassalx d-dawl u għalhekk din il-festa tgħinna biex inkomplu nankraw fiH, inkomplu nrabbu għeruq fil-fond u b’saħħithom u li nħallu lilu jdawwalna. Huwa mportanti li fl-aħħar mill-aħħar irridu nwassluh lil oħrajn u lil dawk ta’ madwarna.

Lejn tmiem taċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa ukoll wasslet il-messaġġ tagħha, kemm ta’ ringrazzjament tal-viċinanza imma ukoll tkellment li huwa importanti li nkunu bnedmin ta’ talb u jkollna relazzjoni spiritwali ma’ Alla u għalhekk ma rridux inħallu l-ħajja magħġla li għaddejjin minnha jtelfuna għax il-poplu għadu rrid jisma’ kelma profetika u li dan jiġi mir-relazzjoni tagħna ma’ Alla.

Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa.