News

April 16, 2018
Il-laqgħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża, l-Ingilterra

Il-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża tal-Ordni tagħna ltaqgħet din id-darba ġewwa id-dar tal-Irtiri tas-sorijiet tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ u l-Qalb Imqaddsa ta’ Marija ġewa Chigwell Convent, f’Essex l-Ingilterra, ftit il-barra minn Londra. Għal din il-laqgħa kienu preżenti il-Ministri Provinċjali tal-Amerika, Tal-Kanada, Tal-Awstralja, tal-Irlanda kif ukoll ta’ Malta u l-Kustodju tal-Ingilterra. Il-laqgħa saret bejn it-Tnejn 9 u l-Ġimgħa 13 ta’ April 2018. Skużati kien hemm il-Ministru Provinċjal tal-Immaculate Conception tal-Amerika u dak tal-Provinċja tal-Litwanja.

Matul din il-laqgħa il-Ministri Provinċjali kellhom l-opportunita’ li jaqsmu flimkien l-esperjenzi li l-Provinċji rispettivi tagħhom għaddew minnhom minn l-aħħar laqgħa. Kien hemm mument ukoll meta ġie iffinalizzat ir-rapport tal-istess Konferenza għall-Kunsill Plenarju tal-Ordni li ser ikun iċċelebrat ġewwa l-Kenja fi ftit xhur oħra. Il-Mnistri Provinċjali preżenti ddiskutew ukoll is-Sinodu tal-Isqfiiet i sejjaħ il-Papa dwar iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet. Wieħed mill-Ministri Provinċjali l-ġidda Fr. Tom Nairn OFM, professur tat-Teoloġija Morali ġewwa l-Universita’ ta’ Chicago fl-Istati Uniti tal-Amerika għamel seminar għal dawk preżenti dwar it-tradizzjoni tat-Teoloġija Morali Franġiskana li kienet ferm interessanti.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti u ħadu sehem kiemm id-Definitur Ġenrali tal-Lingwa ingliza Fr. Caohimin O’Laide OFM u l-Ekonomu Ġenerali tal-Ordni Fr. John Podzunas OFM. Laqgħa oħra għanda issir f’St. Louis l-Amerika f’Ottubru li ġej.