News

May 17, 2018
Kunvent – annex – ġdid għal Għawdex

Fl-10 ta’ Mejju li għadda kien ġie iffirmat kuntratt ġewwa l-Kunvent ta’ Sant’Antnin Għawdex sabiex jibda’ x-xogħol fuq annex li ser tinbena fuq iċ-Ċentru.

Il-kuntratt ġie iffirmat għan-naħa ta’ Baron Group of Companies Gozo, il-kumpanija li ser tieħu ħsieb ix-xogħol tal-bini, mis-Sur Xavier Tabone. Għall-Provinċja ‘ffirma P. Marcellino Micallef O.F.M., il-Vigarju Provinċjali, fil-kapaċita’ tiegħu ta’ Prokuratur Legali tal-Provinċja u s-Sur Paul Camilleri bħala xhud. Preżenti kien hemm il-Gwardjan P. Joe Caruana O.F.M., il-Perit Edward Scerri u l-Ministru Provinċjal.

Ix-xogħol mistenni jibda wara l-festa ta’ Sant’ Antnin fil-25 ta’ Ġunju 2018 u għandu jkun lest minn kollox sal-25 ta’ Ġunju 2019. It-tberik u t-tqegħid tal-ewwel ġebla ser isir nhar it-13 ta’ Ġunju 2018, jum il-festa liturġika ta’ Sant’ Antnin.