News

July 02, 2018
Direttur Spiritwali l-ġdid tal-Mission Fund

L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta għoġbu jilqa’ n-nomina mressqa lilu mill-Ministru Provinċjal P. Richard Stanley Grech OFM u ħatar lil P. Mark Ciantar OFM bħala d-Direttur Spiritwali l-ġdid tal-Mission Fund.

P. Mark OFM għalhekk issa huwa s-suċċessur ta’ P. Marcellino Micallef OFM, il-Vigarju Provinċjali, li għal bosta snin kien jokkupa din il-kariga. P. Marcellino, Gwardjan ukoll tal-Fraternita’ tagħna tal-Belt Valletta, ħass li ma setgħax ikompli b’dan is-servizz minħabba mpenji oħra fi ħdan il-Provinċja u l-Fraternita’. Nawguraw minn qalbna ħidma fejjied lil ħuna P. Mark OFM.