News

September 10, 2018
Jikkonferma l-ħatra tiegħu bħala membru fil-Kunsill tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi

B’ittra li ‘ġġib id-data tal-31 ta’ Awwissu 2018, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta informa lill-Ministru Provinċjal li kien qiegħed jikkonferma l-ħatra tiegħu bħala membru fil-Kunsill tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi għal perijodu ta’ tlett snin (2018-2021). Dan wara li kien diġa’ innominah għat-tlett snin preċedenti, jiġifieri 2015 – 2018.