News

September 11, 2018
Festival ta’ Talent

Il-Grupp taż-Żgħażagħ Franġiskani (GIFRA) li jiltaqgħu fiċ-Ċentru San Franġisk, il-Ħamrun flimkien maż-żgħażagħ li jiltaqgħu l-Knisja ta’ Sant’Antnin ġewwa Għajnsielem, Għawdex se jtellgħu Festival ta’ Talent.



F’Malta dan il-Festival se jittella’ nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru, u dak ta’ Għawdex s-Sibt 22 ta’ Settembru. 

Il-grupp GIFRA tal-Ħamrun qed juża t-tema ta’ ‘GIFRAFEST reloaded’ għaliex qed jistieden żgħażagħ li kienu fil-passat membri tal-GIFRA biex jingħaqdu f’din il-ġurnata speċjali, kif ukoll membri li kienu parti se jkunu qed jieħdu sehem ukoll. Id-dħul kollu ta’ dan il-Festival se jmur b’risq l-ALS Malta fejn qed tiġbor fondi biex ‘Dar Bjorn’ tkun ikbar u aħjar.  

Il-Festival ta’ Għawdex se jkun fuq slogan li bih dawn iż-żgħażagh għaddew is-sajf tagħhom u qed jużaw it-tema ta’ ‘Summer Vibes – Youth Fest’.  

Iż-żewġ gruppi ta’ żgħażagħ għaddew is-sajf tagħhom jippreparaw għal dan l-avveniment waqt li huma qed jistiednu lil publiku ingenerali biex jattendu u juru is-sapport tagħhom bil-preżenza tagħhom.