News

September 20, 2018
GIFRAFEST 2018

Bl-isem ta’ ‘GIFRAFEST reloaded’, iż-żgħażagħ Franġiskani GIFRA tal-Ħamrun, tellgħu Festival ta’ talent li l-iskop tiegħu kien wieħed nobli dak li jiġbor fondi għal ALS Malta nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru.



Dan il-Festival kellu l-għan li jerġa jressaq żgħażagħ li kienu fil-GIFRA fl-imgħoddi, kif ukoll jaħseb f’dawk li l-quddiem ikunu huma ż-żgħażagħ tal-futur.  Dan il-Festival itella’ flimkien maż-żgħażagħ ta’ Għawdex u mistenni li nhar is-Sibt l-istess Festival jerġa jitella’ hemm ukoll.

Għal dan il-Festival li ikkonkorrew għad ta’ nies kienet preżenti ukoll omm Bjorn li waslet il-messaġġ tagħha fuq ix-xogħol ta’ ALS Malta kif ukoll id-detterminazzjoni li għandu Bjorn biex ikun hawn iktar għarfien fuq il-marda kif ukoll li timbena Dar Bjorn ikbar u aħjar.

Is-somma finali li ġiet ikkomunikata minn Maria,il-mara ta’ Bjorn  kienet ta’ €935.50.  Grazzi lil kull minn ta’ sehemu biex stajna intellgħu festival bħal dan.

RITRATTI (jekk m’għandex facebook xorta tista’ tara r-ritratti billi tagħfas ‘Not now’ x’ħin tiġi għar-reġistrazzjoni)

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru 2018, il-Grupp taż-Żgħażagħ Franġiskani (Franciscan Gifra Youths) organizzaw Festival…

Posted by Knisja San Frangisk Hamrun on Sunday, September 16, 2018