News

October 06, 2018
📷 Rinnovar fil-kunvent tal-Belt

Fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ Missierna San Franġisk, waqt li fih il-fraternita’ tal-Belt kienet miġbura għall-ikla ta’ nofsinhar, il-Ministru Provinċjal bierek ir-refettorju l-ġdid li sar fil-kamra li tinsab biswit l-arloġġ li jinsab fil-kuridur u li kienet tifforma parti mill-Arkivju Provinċjal. Dak li kien hemm merfugħ f’din il-parti tal-arkivju ittiehdet fi kmamar li ġew irranġati apposta f’parti oħra tal-kunvent u li issa jinfdu mal-istess arkivju.

Ir-refettorju l-antik ġie trasformat fil-Bibljoteka Provinċjali l-ġdida waqt li dik li kienet il-Bibljoteka Provincjali issa għaddejja minn restawrazzjoni sħiħa li tinvolvi wkoll fost affarijiet oħra, il-bdil totali tat-twieqi kollha li jagħtu għal fuq il-belveder li minħabba l-elementi tan-natura spiċċaw kompletament. Dan il-lokal qiegħed jinbidel u qed jiġi trasformat f’sala mdaqqsa li tkun tistà tilqa’ fiha attivitajiet ta’ natura diversa skont il-ħtiega.