News

October 17, 2018
📹 Maltese Catholic Film Contest: ‘ŻIFFA’

Iż-żgħażagħ tal-Parroċċa Franġiskana tal-Madonna tas-Sacro Cuor, tas-Sliema tellgħu filmat fl-isem ta’ ‘ŻIFFA’ li qed jikkontesta għal-“Maltese Catholic Film Contest”. Dan il-filmat qasir u sempiċi juri r-relevanza li għad għandu t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu fid-dinja ta’ llum.

Mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 21:31-46) insibu li mat-tieni miġja tiegħu, Ġesù ser jifred il-ħajjin mill-mejtin skond kif aġixxew mal-proxxmu. Naraw kif grupp ta’ zgħażagħ bl-aġir tagħhom fil-konfront ta’ żagħżugħ fqajjar, spiċċaw li iżolawh mill-kumplament tal-grupp. Għalkemm sab ruħu fil-periferija tas-soċjeta’ , ma qatgħax qalbu mill-ħniena t’Alla. Att zgħir ta’ karita’ biddel il-ġejjieni ta’ dan il-fqajjar għal wiehed sabih.

Ara il-filmat ‘ŻIFFA’ li ġie kreat għall-‘Maltese Catholic Film Contest 2018’. Il-“Likes” u “Shares” tiegħek ser jaffettwaw il-vot finali!