News

January 18, 2019
Iċċelebrata l-Festa tal-Epifanija mal-Klarissi

Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan, nhar il-Ħadd 6 ta’ Jannar. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-prezenza ta’ diversi patrijiet.

Fl-omelija tiegħu huwa tkellem dwar il-kwalitajiet ta’ dawn il-Maġi bħala għorrief.
1) Kienu qed ifittxu l-verità ta’ dak li qed jiġri madwarhom.
2) Kienu jafu, imma li jafu kemm jafu xorta jibqgħu jitgħallmu u jfittxu.
3) Kienu kapaċi joħorgu barra mill-comfort zone tagħhom. Aħna kapaċi noħorġu mil-kumdita tagħna?, jew nafu x’inhuma l-comfort zones tagħna.
4) L-għerf tagħhom ma nqdewx bih b’vantaġġ personali. L-għerf tiegħi qed nużah ma minn jaqbilli jew għal ġid ta’ kulħadd. L-għerf tagħhom ma nqdewx bih biex iwasslu xi aġenda ta’ xi bniedem jew aġenda moħbija.

U dak li jagħmel għaref tassew ifittex il-għajn tal-verità bħal ma fittxew s-Slaten Maġi lil Ġesù. Allura bniedem għaref huwa dak li jfittex lil Alla.

Lejn tmiem taċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa ukoll wasslet il-messaġġ tagħha, kemm ta’ ringrazzjament tal-viċinanza. Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa.