News

January 26, 2019
Kapitlu tal-Ħsajjar – L-aħħar ġurnata

Fid-9.30am inġbarna lkoll fis-Sala Frate Francesco fejn P. Mark Ciantar sejjaħ sejjaħ ir-Roll Call u P. Paul Attard, is-Segretarju tal-Kapitlu qara l-Minuti tal-bieraħ.  Illum approvajna l-Minuti ta’ dawn il-jumejn.  Dun Daniel beda r-Riflessjoni tiegħu b’talba.

Illum ippreżentalna Ikona oħra:  “Il-Lebbrużi, Ikona fil-ħajja ta’ Kristu’’.

Fakkarna x’kienu t-Tlett Ikoni li ppreżentalna f’dawn it-tlett ijiem:

L-1 Jum:  “Nerġghu mmorru għand Ġesu.’’

It-2 Jum:  “Ġesu’ qiegħed jibagħtna Fqar.’’

It-3 Jum:  “Il-Lebbrużi, l-Ikona fil-ħajja ta’ Kristu’’

Il-Papa Franġisku jgħidilna:  “Iftħu qalbkom għall-Lebbrużi ta’ żmienna!’’

Ġesu’ bagħat qablu lit-72 dixxiplu.  Lilna mhux jibgħatna qablu, imma Ġesu’ nnifsu QIEGĦED hemm qabilna. Għax Alla ma jibżax mill-periferiji.  Alla hu periferija. Diġa qiegħed f’dawk tal-periferija.  Qiegħed f’qalb dawk kollha li huma miġruħa, imwarrba, etc.

X’inhuma ssentimenti ta’ Kristu? 

  • Il-Papa jgħidilna tkun dixxiplu ta’ Kristu jfisser li minflok ma niġġudika lil dawk li qedin hem fil-kesħa, nagħmel xi ħaġa għalihom. “Għax dak li għamiltu ma’ l-iżgħar wieħed, għamiltuh miegħi’’.
  • L-ewwel żball tal-Insara hu dak li jibdlu l-Kristjaneżmu f’għazla ta’ xi NGO!
  • It-tieni żball li jsemmi l-Papa huwa li aħna nħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-Emigranti u nqisuha bħala xi tema sekondarja ħdejn temi bħal bio-etika, etc. Minflok ma nirriskja li nidħol fiż-żarbun ta’ ħija u nagħti ħajti għalih.

Fir-Regola mhux Bullata, San Franġisk kiteb: “Kull min jiġi għandhom, ħalliel jew għadu…. Għandhom jilqgħuh….. il morda u l imġiddmin, u t tallaba fit toroq…… ‘’

Il-Papa jistaqsina: “Aħna fejn qedin?  Ma min qedin? Min huma l-preferuti tagħna?  Min huma l-lebbrużi ta’ żmienna?’’  Għax hemm Kristu qed jibagħtni…. Jistennieni.

Dak hu li l-Mulej, Franġisku u l-Papa qed isejħilna għalih ie. Li tgħannaq lil lebbruż, MHUWIEX FACLI.  Għax l-ewwel irridu NIKKONVERTU.

It-tentazzjoni li NAĦARBU, kif wara kollox għamel fil-bidu Franġisku.

3 RIFLESSJONIJIET :  KIF NISTGĦU NGĦANNQU L-LEBBRUŻI TA’ ŻMIENNA?  (Minn Celano)

1 Neħtieġu Rieda Soda.  Franġisku għamel għażla li jistmell lilu nnifsu.

2 Niddeċiedi.  Ic-Celano jgħidilna: “Rebah lilu Nnifsu Franġisku’’.  Resaq lejh…. U biesu

  1. Neħtieġu l-Grazzja t’Alla. Ic-Celano jgħid li kienet il grazzja ta’ Alla l-għoli, li biha Franġisku wasal għal dik il-ħniena…. U ddeċieda.

TALBA :  Għinni Mulej biex KULJUM nilmah lil lebbrużi……u ngħannaqhom.

 

DISKORS TAL-GĦELUQ TAL-MINISTRU PROVINCJAL.

Il-Provinċjal ikkwota dak li qal Dun Daniel dwar it-3 laqgħat li jrid ikollna fil-ħajja tagħna:  Mall-Imġiddmin, ma’ Ġesu’, u magħna nfusna.

Il-Kunsill Plenarju tal-Ordni 2018:  The Final Document to realise to realities we face….. responding joyfully to the voice of God.  Concete proposals.  3 Proposals:  Let us allow the Holy Spirit to lead us.  Dan id dokument ifakkarni f dak li jgħidilna l-Mulej.“Din il-kelma seħħet illum intom u tisimgħu’’.

P.Mark Ciantar :   Irringrazzja lil Provinċjal u qalilna li l-Provinċja se tagħtina flixkun żejt żgħir li fih label bil-potenzjal li fih iż-żejt.

11.30am Niltaqgħu mill-ġdid fis-Sala Frate Francesco għall-Approvazzjoni tad-Dokument Finali.

11.30am  P.Marcello Ghirlando u  P.Twanny Chricop ħejjew id-dokument finali.   P.Marcello qrahulna.

Wara kellna xi interventi minn P.Marcellino Micallef, P.Mark Ciantar, P. Joseph Magro.

Il-Quddiesa mexxiha l-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech fil-preżenza ta’ ħuna Mons George Bugeja u ħutna s-Sorijiet Klarissi.

Għall-ikla li qsamna flimkien kellna magħna lill-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Jude Scicluna.

 

3 Konferenza minn Dun Daniel Xerri

 

Hi-Res Group Photos