News

April 23, 2017
P. Ġwann Micallef OFM jiċċelebra 60 sena saċerdot

Il-Ħadd filgħodu 23 ta’ April, fil-Knisja Franġiskana ta’ San Franġisk il-Ħamrun, P. Ġwann Micallef OFM iċċelebra 60 sena saċerdot.  F’quddiesa fejn kien kontinwament jidher emozjonat speċjalment x’ħin P. Ġwann ħareġ fil-Knisja u l-ġemgħa nfexxet f’ċapċipa kbira.

Għal din il-quddiesa kien hemm preżenti patrijiet, qraba u ħbieb ta’ P. Ġwann.  Il-Gwardjan P. Anton Farrugia OFM waqt l-omelija tiegħu qal, li P. Ġwann, li qatta żmien twil fil-Fraternità tal-Ħamrun u li ta s-servizz tiegħu speċjalment fis-sagrament tal-qrar.  Hu kompla jgħid li “P. Ġwann kien appostlu tas-sagrament tal-maħfra, tal-ħniena ta’ Alla”.  Dan għaliex dejjem kien disponibbli għal qrar… hu qal li fih naraw “ikona tal-ħniena ta’ Alla”  U proprju għalhekk irridu nroddu ħajr lil Alla tal-ġid li P. Ġwann għamel ma dawk li laqa’ fil-ħajja tiegħu u li l-anqas biss hu stess ma jaf ħlief Alla nnifsu”.

Jikkonċelebra miegħu kien hemm P. Godfrey Micallef, li wkoll iċċelebra 60 sena saċerdot nhar is-16 ta’ Marzu fir-Rabat. Wara l-quddiesa l-fraternità tal-Ħamrun preżentatlu ikona tal-Madonna tas-Sokkors li P. Ġwann tant hu devot, kif ukoll kien hemm il-bews tal-idejn.

AD MULTOS ANNOS.