News

May 09, 2017
P. Alfred Sciberras OFM jiċċelebra 50 sena saċerdot

Il-Ħadd 7 ta Mejju P. Alfred Sciberras flimkien ma bosta patrijiet, qraba u ħbieb iċċelebra 50 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Fil-bidu tal-quddiesa huwa rringrazzja lil Alla tad-don tas-saċerdozju, kif ukoll talab li jibqa’ jkun strument fil-għalqa tal-Mulej.

Fl-omelija minn P. Joseph Ciappara qal li l-liturġija tal-jum, tippreżenta lil Ġesù bħala r-ragħaj, hekk ukoll P. Alfred qedgħa dawn il-50 sena bħal ragħaj għal poplu li l-Mulej offrielu. Huwa qal li aħna mportanti li nkunu nagħag ta’ Kristu, imma mportanti li nkunu ukoll ragħja tal-poplu.

Alla jmantnina bl-Ewkaristija imma ukoll bil-kelma u dan kollu permezz tas-saċerdozju, imma ukoll aħna msejħin biex inkompluha fil-familji tagħna. Għalhekk P. Alfred importanti li jkun raġġ ta’ tama għal dawk li jiltaqgħa magħhom, mhux biss, imma bħal dan ir-ragħaj tajjeb aħna ukoll irridu nkunu raġġ ta’ tama permezz ta’ din il-bxara.

Il-liturġija kienet animata mill-Kor ‘Coro bel Canto’. Jikkonċelebra miegħu kien hemm P. Ġużepp Camilleri, li wkoll iċċelebra 50 sena saċerdot nhar is-15 ta’ Marzu fir-Rabat. Wara l-quddiesa l-fraternità tal-Ħamrun preżentatlu ikona tal-Madonna tas-Sokkors, kif ukoll kien hemm il-bews tal-idejn.

Nawguraw lil P. Alfred Ad Multos Annos.