News

October 02, 2015
Ikla fraterna

Nhar l-ewwel ta’ Ottubru wara nofs ta’ nhar flimkien fejn tkellimna fuq l-ambjent u l-enċiklika ‘Laudato Si’ morna fejn qabel kienet il-kamra tal-ikel tad-Dar tal-Irtiri, Porziuncola (Baħar iċ-Ċagħaq) illum saret restaurant fejn se jkun post fejn jilqa anke lil dawk li ma jiġux għal-irtiri imma jiġu biex jużaw is-servizz tar-Restaurant. L-iskop hu li dawn ukoll jiġu f’ambjent u f’kuntatt magħna l-Franġiskani.

Waqt id-diskors tal-bidu P. Richard S. Grech, OFM Ministru Provinċjal qal li din hija okkażjoni biex nifirħu għal ħuna Mons. George Bugeja, OFM, kif ukoll għall-għeluq is-60 sena saċerdozju ta’ P. Dionisju Mintof, OFM. Huwa ħabbar ukoll li P. Sandro Overend, OFM bħala Gwardjan tal-kurja ġenerali f’Ruma. Hu ppreżenta lil Antoine Galdes il-postulant il-ġdid lil Provinċja. Għal din l-okkażjoni kien ukoll preżenti Mons. Mario Grech, Isqof ta Għawdex.