Archive

October 05, 2017
Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ottubru, ġewwa l-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Missierna San Franġisk.  Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta’ bosta Patrijiet, Sorijiet, Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular (OFS), Kavallieri tal-Qabar ta’ Kristu, benefatturi, kif ukoll nies li jiffrekwentaw il-Knejjes tagħna. (more…)
More

October 05, 2017
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, ħareġ ċirkulari dwar il-prijoritajiet li l-Kapitlu Provinċjali fassal u għalhekk żmien x’naħlu ma għandniex għax iż-żmien qiegħed igerbeb ġmielu. (more…)
More

October 01, 2017
'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Ottubru jinsab online. U joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja u messaġġ mill-Provinċjal. (more…)
More

September 13, 2017
It-Tlieta 12 ta' Settembru n-nunzju Appostoliku ġdid għal Malta Mons. Alessandro D'Errico għamel żjara lil anzjani tagħna fir-residenza Domus Pacis f'Baħar iċ-Ċagħaq fejn ukoll huwa rrtirat Mons. Sylvestru Magro, OFM.  Huwa kien akkumpanjat mill-isqfijiet franġiskani Maltin Mons. Robert Camilleri, Mons. Joe Bonello u Mons. George Bugeja. (more…)
More

September 07, 2017
Wara stennija ta’ sittin sena, fl-aħħar seħħet il-ħolma ta’ tant patrijiet, fosthom P. Benjamin Galea OFM, li l-art ta’ quddiem iċ-Ċentru Franġiskan - Porziuncola, ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, fl-aħħar tiġi f’idejna. Kien fis-sena 1957 li P. Benjamin feda’ l-kumplament ta’ kuntratt ta’ ċens li kien sar fis-sena 1918. (more…)
More