News

December 17, 2015
L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ħatar lil P. Marcello Ghirlando, OFM bħala d-Delegat tiegħu għall-Ħajja Kkonsagrata għat-tliet snin li ġejjin. (more…)
More

December 15, 2015
Tlett qaddisin il-bogħod minn xulxin fl-ispazju u fiż-żmien, imma li għandhom spiritwalita’ komuni għal xulxin. Tlett qaddisin li għandhom tifsira u importanza speċjali għalina Franġiskani Maltin. San Pawl, San Franġisk u San Ġorġ Preca. Tlett qaddisin li baqgħu mistgħaġba mhux daqstant quddiem id- Divinita’ ta’ Ġesu’, daqskemm quddiem l-Umanita’ tiegħu. (more…)
More

December 12, 2015
Issa li għaddew ftit aktar minn sena u nofs mill-aħħar Kapitlu Provinċjali li ċċelebrajna ġewwa Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq, wasal iż-żmien li ssir il-Viżta Kanonika tal-Provinċja tagħna skont kif mitlub mill-Ministru Provinċjal fl-artiklu 184 §2 tal-Istatuti Ġenerali tal-Ordni, dan anke bi tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali Intermedju li jmiss fis-sena 2017. Dawn huma d-dati ta’ kif bil-għajnuna t’Alla l-Provinċjal se inżur lill-Fraternitajiet u l-Patrijiet: 15 ta’ Jannar 2016 Santa Marija tal-Anġli 18 ta’ Jannar 2016 Domus Pacis 22 ta Jannar 2016 Laboratorju tal-Paċi Ħal Far 11 u 12 ta’ Frar 2016 Valletta 15 u 16 ta’ Frar 2016 Rabat 19 ta’ Frar 2016 Dar Frate Jacoba, Wied il-Għajn 23 u 24 ta’ Frar 2016 Sliema 2 u 3 ta’ Marzu 2016 Ħamrun 10 ...
More

December 02, 2015
'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Diċembru jinsab online. U  joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej  fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)
More

November 28, 2015
Mit-23 sal-26 Novembru, P. Joseph Magro, OFM ħa sehem fil-Kungress tal-Formazzjoni u l-Istudji organizzat mill-Konferenza Taljana COMPI, f'Assisi, intitolat "Evangelium Osbervare. Il-ħajja evanġelika: il-post naturali ta' edukazzjoni u evanġelizzazzjoni". (more…)
More